Keeping in touch?

KEEPING IN TOUCH? Send email to teatrumalti@blogspot.com to receive update notifications.

Sunday 17 January 2016

IX-XENEĠĠJATURI - SENSIELA ĠDIDA - L-EWWEL VOLUM

L-EWWEL VOLUM:   S K A R T  /  Ċens Perpetwu



SENSIELA ĠDIDA 2015-2016




   THE SCREENPLAY SERIES: ORESTE CALLEJA 


IT-TNEDIJA TA' DIN IS-SERJE TA' KOTBA tolqot dak li jista’ jitqies bħala qasam ġdid għall-pubblikazzjonijiet lokali li jirrigwardaw it-teatru Malti,  qasam dedikat  għax-xeneġġjaturi, jew skripts miktuba apposta biex jinħadmu fuq it-televiżjoni jew f'xi forma ċinematika oħra.

L-ewwel żewġ xogħlijiet  li jniedu din is-serje ta’ xogħlijiet huma “Skart” u “Ċens Perpetwu”. 

L-għażla saret bi ħsieb għaliex tinkludi żewġ xogħliet li hemm aktar minn erbgħin sena tifridhom.  Infatti, għalkemm “Skart” huwa l-aktar xogħol reċenti, “Ċens Perpetwu” jmur lura għal tmien is-snin sittin meta kien deher l-ewwel darba fuq it-televizjoni lokali (l-MTV) bi produzzjoni ta' Charles Abela Mizzi. Kien dramm fl-istil tat-teatru tal-assurd, dramm hekk imsejjaħ “iswed” tipiku ta’ żmienu u li deher stampat fil-ġabra “4 Drammi”  li għamel żmien twil fil-kurrikulu nazzjonali tal-letteratura Maltija. 

Min-naħa l-oħra “Skart” jirrakkonta ġrajja kontemporanja ta’ bniedem kwalunkwe li jsib ruħu f’salib it-toroq hekk kif il-kamera sseggwih f’dik li l-awtur isejjaħ kammerspiel semi-traġiku tul ġurnata “normali” ta’ ħajtu... li ma tirriżultax daqshekk normali fi tmiem il-jum. Il-fokalizzazzjoni hija fuq il-bidla fl-istil u t-teknika ġdida li joffri l-iżvilupp teknoloġiku filwaqt tinżamm in-nisġa ta’ ġrajja li tibqa’ essenzjalment personali.

Il-kotba huma ppubblikati f'edizzjoni b'qoxra iebsa u huma disponibbli wkoll  permezz ta’ publikazzjonijiet diġitali (epubs, mobi, pdf, eċċ.) mis-sit www.orestecalleja.com.

Tuesday 12 January 2016


VOLUME THREE      THE SCREENPLAY SERIES 

January 2016


An adaptation in four parts
from the stage play 


GĦASFUR TAĊ-ĊOMB 









Maltese Theatre - TeatruMalti - Teatru Malti - Drammi bil-Malt                                                                           i

Mill-Ġurnali

Ix-xeneġġjaturi ta' Oreste Calleja: 'Skart' u 'Tliet Siltiet.

L-Orizzont- 20.01.2016


Wieħed mill-aħħar avvenimenti kulturali tas-sena 2015 kien it-tnedija tas-sensiela ta' kotba maħruġa mid-drammaturgu veteran tat-teatru Malti, Oreste Calleja. Din hija serje ta' kotba li tolqot dak li jista' jitqies bħala qasam ġdid għall-pubblikazzjonijiet lokali – qasam dedikat għax-xeneġġjaturi, jew skripts miktuba apposta biex jinħadmu fuq it-televiżjoni jew taħt forma ċinematika oħra.
L-ewwel żewġ xogħlijiet li l-awtur għażel biex iniedi f'din is-sensiela ta' xogħlijiet huma 'Skart' u 'Ċens Perpetwu'. L-għażla tidher li saret bi ħsieb, għax tinkludi żewġ xogħlijiet li hemm aktar minn erbgħin sena jifirduhom. Fil-fatt, għalkemm 'Skart' huwa l-aktar xogħol riċenti ta' Calleja, 'Ċens Perpetwu' jmur lura għal tmiem is-snin sittin, meta kien deher l-ewwel darba fuq it-televiżjoni lokali, bi produzzjoni ta' Charles Abela Mizzi.
Kien dramm fl-istil tat-teatru tal-assurd, dramm hekk imsejjaħ 'iswed' tipiku ta' żmienu u li deher stampat fil-ġabra '4 Drammi' ta' Oreste Calleja, li għamel żmien twil fil-kurrikulu nazzjonali tal-letteratura Maltija.
Min-naħa l-oħra, 'Skart' jirrakkonta ġrajja kontemporanja ta' bniedem kwalunkwe li jsib ruħu f'salib it-toroq hekk kif il-kamera ssegwih f'dik li l-awtur isejjaħ 'kammerspiel' semitraġiku tul ġurnata 'normali' ta' ħajtu, li ma tirriżultax daqshekk normali fi tmiem il-jum.
Calleja jiffoka fuq il-bidla fl-istil u t-teknika ġdida li joffri l-iżvilupp teknoloġiku, filwaqt li jżomm nisġa ta' ġrajja li tibqa' essenzjalment personali. L-awtur iħalli f'idejn il-qarrejja biex forsi jqabblu dak li jisiltu minn dawn iż-żewġ xogħlijiet ma' dak li bħalissa jsegwu b'tant ħerqa fuq it-televiżjoni.
It-tieni volum fis-sensiela tax-xeneġġjaturi huwa '3 Siltiet', li jikkonsisti f'ġabra ta' xeni meħudin minn tliet drammi għall-palk ta' Calleja - 'Il-Belliegħa fil-Bir', 'U l-Anġlu Ħabbar', u 'Għasfur taċ-Ċomb' - f'adattament speċifiku għat-televiżjoni jew iċ-ċinema. Għal darba oħra tentattiv innovattiv fil-qasam tal-kitba drammatika.
Oreste Calleja kien fost l-ewwel kittieba li ħarġu mill-Moviment Qawmien Letterarju fi tmiem is-sittinijiet, meta kien membru tal-kumitat tal-istess moviment. Ix-xogħlijiet tiegħu jikkonsistu f'xogħlijiet għall-palk, it-televiżjoni u r-radju u jinsabu disponibbli fis-sit tal-internet tal-awtur, li tagħti kronoloġija sħiħa tal-ħidma tiegħu bħala drammaturgu kif ukoll il-kitba tiegħu favur il-kitba drammatika matul dawn l-aħħar snin.

Minkejja li għamel nofs ħajtu nieqes minn Malta, ix-xogħlijiet tiegħu nħadmu fuq il-palk, ir-radju u t-televiżjoni. Il-ħsieb tiegħu hu li eventwalment il-ħażna ta' dawn ix-xogħlijiet, kemm tal-bidu kif ukoll tal-preżent, tiġi pubblikata u stampata kif ukoll offruta lill-pubbliku permezz ta' mezzi diġitali mis-sit www.orestecalleja.com
Ix-Xeneġġjaturi


Sunday 10 January 2016

IT-TIENI VOLUM:      



3 S I L T I E T
meħudin minn

Għasfur taċ-Ċomb - Il-Belliegħa fil-Bir - U L-Anġlu Ħabbar




Minn "ILLUM" JANNAR 2014

IX-XENEĠĠJATURI ta’ ORESTE CALLEJA
 “SKART” u “3 SILTIET”


“Skart” huwa l-isem tad-dramm li Oreste Calleja għadu kemm ippubblika bħala l-ewwel volum minn sensiela ta’ kotba li se jiddedika għal xeneġġjaturi. Il-volumi fis-sensiela “Ix-Xenġġjaturi ta’ Oreste Calleja” huma disponibbli kemm bħala pubblikazzjoni b’qoxra iebsa, kif ukoll f’verżjonijiet online.

Fix-xena lokali hemm ftit pubblikazzjonijiet ta’ skripts li huma maħsuba u mfassla speċifikament għat-televixin jew għal filmati, u li jsegwu preżentazzjoni li tiffaċilita l-użu professjonali tagħhom għal dawn il-media. Fl-ewwel volum, “Skart”, Calleja jagħtina żewġ xogħlijiet: l-aktar wieħed reċenti, “Skart” huwa deskritt bħala “kammerspiel semitraġiku” u jirrakkonta l-ġrajja ta’ “bniedem kwalunkwe li torbot ma’ llum daqs kemm mal-imgħodd,” waqt li d-dramm l-ieħor fl-istess ktieb huwa meħud mir-repertorju klassiku ta’ Calleja: il-kummiedja sewda fil-ġeneru tal-Assurd, “Ċens Perpetwu”. Huwa dramm li jeħodna lura għexieren ta’ snin u li kien fost il-ftit teledrammi tal-bidu li l-MTV kien beda jagħtina lejn tmiem is-sittijiet. Dat-teledramm kien deher stampat l-ewwel darba fil-ġabra “4 Drammi” flimkien mad-drammi tal-bidu l-oħra ta’ Calleja, Satira, IġsmaIħirsa u Anestesija. Din il-ġabra ta’ drammi, ppublikata l-ewwel darba ‘l fuq minn erbgħin sena ilu, sa xi sena ilu kienet għadha tagħmel parti mill-kurrikulu nazzjonali tal-letteratura, wara li għamlet żmien ukoll fil-Matrikola tal-A Level.

F’din is-sensiela ġdida Calleja josserva li jkun interessanti li wieħed jipprova jislet il-kuntrast bejn “Ċens Perptweu”, u “Skart”: żewġ xogħlijiet mifrudin mhux biss miż-żmien – jekk mhux fl-istil - imma wkoll mill-iżvilupp enormi tat-teknoloġija awdjoviżiva tul dawn l-aħħar erbgħin sena. Maħsub għal żmien meta minbarra xi ftit filmati miġbudin barra, il-biċċa kbira tax-xeni ta’ teledemmi bħal “Ċkienu maħduma fal-A Level.ra, wara li għamlet żmien ukoll bħuqhom ix-xogħol li jkun imiss fl-istjow. l-kitba tieghħu favur il-kiens  Perpetwu” kienu maħduma fuq sett mibni apposta fl-istudjows tal-MTV u trażmessi live f’serata waħda. “Skart” iżda jsegwi l-evoluzzjoni fl-iżvilupp tekniku tax-xenografija fejn l-azzjoni esterna u dik interna hija minsuġa f’logħba waħda ta’ immaġini - dinamika li tipprova turi dak li jseħħ matul ġurnata ta’ bniedem kwalunkwe matul ġurnata “normali”… mhux daqshekk normali. L-awtur iħalli f’idejn il-qarrejja biex forsi jqabblu dak li jisiltu mid-dawn iż-żewġ xogħlijiet ma’ dak li bħalissa jsegwu b’tant ħerqa fuq it-televiżjonijiet tagħna.

It-tieni volum fis-sensiela tax-xeneġġjaturi huwa “3 Siltiet” u jikkonsisti f’ġabra ta’ xeni meħudin minn tliet drammi għall-palk ta’ Calleja: Il-Belliegħa fil-Bir, U l-Anġlu Ħabbar u Għasfur ta
nfo. ﷽﷽﷽﷽u Ħabbar u Għasfur tażli fi ftit ġranet oħra taħt l-isem "ċ-Ċomb. Għal darb’oħra l-awtur jittakilja teknika ġdida – dik tal-adattament televiżiv ta’ xogħlijiet ġejjin minn-ġeneru drammatiku ieħor.

Oreste Calleja huwa drammaturgu veteran tat-teatru Malti u kien fost l-ewwel kittieba li ħarġu mill-Moviment Qawmien Letterarju fi tmiem is-sittinijiet meta kien membru attiv u membru tal-Kumitat. Ix-xogħlijiet tiegħu jikkonsistu f’xogħlijiet għall-palk, it-televiżjoni u r-radju u jinsabu disponibbli mis-sit tal-internet tal-awtur li tagħti kronoloġija sħiha tal-ħidma tiegħu bħala drammaturgu, kif ukoll il-kitbiet tiegħu favur il-kitba drammatika matul dawn l-aħħar snin. Minkejja li għamel nofs ħajtu nieqes minn Malta (l-Ingilterra, l-Amerka, il-Lussemburgu u l-Ġermanja) ix-xogħlijiet tiegħu nħadmu fuq il-palk, ir-radju u t-televiżjoni u l-ħsieb tiegħu hu li eventwalment il-ħażna ta’ dawn ix-xogħlijiet, kemm tal-bidu kif ukoll tal-preżent u li huma mifruxa fuq kważi ħamsin sena, tiġi ppublikata u stampata, kif ukoll offruta għall-pubbliku permezz ta’ publikazzjonijiet diġitali (epubs, mobi, pdf, eċċ.) mis-sit www.orestecalleja.com.

It-tielet volum fis-sensiela ta’ xeneġġjaturi se jkun disponibbli fix-xahar ta’ Jannar.