IT-TIENI VOLUM:
3 S I L T I E T
meħudin minn
Għasfur taċ-Ċomb - Il-Belliegħa fil-Bir - U L-Anġlu Ħabbar
|
Minn "ILLUM" JANNAR 2014 |
IX-XENEĠĠJATURI ta’ ORESTE CALLEJA
“SKART” u “3 SILTIET”
“Skart” huwa l-isem tad-dramm li Oreste Calleja għadu kemm ippubblika
bħala l-ewwel volum minn sensiela ta’ kotba li se jiddedika għal xeneġġjaturi. Il-volumi
fis-sensiela “Ix-Xenġġjaturi ta’ Oreste Calleja” huma disponibbli kemm bħala
pubblikazzjoni b’qoxra iebsa, kif ukoll f’verżjonijiet online.
Fix-xena lokali hemm ftit pubblikazzjonijiet ta’ skripts li
huma maħsuba u mfassla speċifikament għat-televixin jew għal filmati, u li
jsegwu preżentazzjoni li tiffaċilita l-użu professjonali tagħhom għal dawn
il-media. Fl-ewwel volum, “Skart”, Calleja
jagħtina żewġ xogħlijiet: l-aktar wieħed reċenti, “Skart” huwa deskritt bħala “kammerspiel
semitraġiku” u jirrakkonta l-ġrajja ta’ “bniedem kwalunkwe li torbot ma’ llum
daqs kemm mal-imgħodd,” waqt li d-dramm l-ieħor fl-istess ktieb huwa meħud
mir-repertorju klassiku ta’ Calleja: il-kummiedja sewda fil-ġeneru tal-Assurd, “Ċens Perpetwu”. Huwa dramm li jeħodna
lura għexieren ta’ snin u li kien fost il-ftit teledrammi tal-bidu li l-MTV
kien beda jagħtina lejn tmiem is-sittijiet. Dat-teledramm kien deher stampat l-ewwel
darba fil-ġabra “4 Drammi” flimkien mad-drammi tal-bidu l-oħra ta’ Calleja,
Satira, IġsmaIħirsa u Anestesija. Din il-ġabra ta’ drammi, ppublikata l-ewwel
darba ‘l fuq minn erbgħin sena ilu, sa xi sena ilu kienet għadha tagħmel parti
mill-kurrikulu nazzjonali tal-letteratura, wara li għamlet żmien ukoll
fil-Matrikola tal-A Level.
F’din is-sensiela ġdida Calleja josserva li jkun interessanti
li wieħed jipprova jislet il-kuntrast bejn “Ċens Perptweu”, u “Skart”: żewġ
xogħlijiet mifrudin mhux biss miż-żmien – jekk mhux fl-istil - imma wkoll
mill-iżvilupp enormi tat-teknoloġija awdjoviżiva tul dawn l-aħħar erbgħin sena.
Maħsub għal żmien meta minbarra xi ftit filmati miġbudin barra, il-biċċa kbira
tax-xeni ta’ teledemmi bħal “Ċkienu
maħduma fal-A Level.ra, wara li għamlet żmien ukoll bħuqhom ix-xogħol li jkun
imiss fl-istjow. l-kitba tieghħu favur il-kiens Perpetwu” kienu maħduma fuq sett mibni apposta
fl-istudjows tal-MTV u trażmessi live f’serata waħda. “Skart” iżda jsegwi l-evoluzzjoni
fl-iżvilupp tekniku tax-xenografija fejn l-azzjoni esterna u dik interna hija
minsuġa f’logħba waħda ta’ immaġini - dinamika li tipprova turi dak li jseħħ
matul ġurnata ta’ bniedem kwalunkwe matul ġurnata “normali”… mhux daqshekk
normali. L-awtur iħalli f’idejn il-qarrejja biex forsi jqabblu dak li jisiltu
mid-dawn iż-żewġ xogħlijiet ma’ dak li bħalissa jsegwu b’tant ħerqa fuq
it-televiżjonijiet tagħna.
It-tieni volum fis-sensiela tax-xeneġġjaturi huwa “3 Siltiet” u jikkonsisti f’ġabra ta’
xeni meħudin minn tliet drammi għall-palk ta’ Calleja: Il-Belliegħa fil-Bir, U l-Anġlu Ħabbar u Għasfur ta
nfo. ﷽﷽﷽﷽u Ħabbar u Għasfur tażli fi ftit ġranet oħra taħt l-isem
"ċ-Ċomb.
Għal darb’oħra l-awtur jittakilja teknika ġdida – dik tal-adattament televiżiv
ta’ xogħlijiet ġejjin minn-ġeneru drammatiku ieħor.
Oreste Calleja huwa drammaturgu veteran tat-teatru Malti u kien
fost l-ewwel kittieba li ħarġu mill-Moviment Qawmien Letterarju fi tmiem
is-sittinijiet meta kien membru attiv u membru tal-Kumitat.
Ix-xogħlijiet tiegħu jikkonsistu f’xogħlijiet għall-palk, it-televiżjoni u
r-radju u jinsabu disponibbli mis-sit tal-internet tal-awtur li tagħti
kronoloġija sħiha tal-ħidma tiegħu bħala drammaturgu, kif ukoll il-kitbiet tiegħu
favur il-kitba drammatika matul dawn l-aħħar snin. Minkejja li għamel nofs
ħajtu nieqes minn Malta (l-Ingilterra, l-Amerka, il-Lussemburgu u l-Ġermanja) ix-xogħlijiet
tiegħu nħadmu fuq il-palk, ir-radju u t-televiżjoni u l-ħsieb tiegħu hu li
eventwalment il-ħażna ta’ dawn ix-xogħlijiet, kemm tal-bidu kif ukoll tal-preżent
u li huma mifruxa fuq kważi ħamsin sena, tiġi ppublikata u stampata, kif ukoll
offruta għall-pubbliku permezz ta’ publikazzjonijiet diġitali (epubs, mobi,
pdf, eċċ.) mis-sit www.orestecalleja.com.
It-tielet volum fis-sensiela ta’ xeneġġjaturi se jkun
disponibbli fix-xahar ta’ Jannar.